Jinsabu fl-aħħar fażi x-xogħlijiet fil-Birgu

Il-Ministru responsabbli mill-Kunsilli Lokali, Owen Bonnici qal li l-Birgu u l-inħawi tal-madwar qed igawdu minn tliet proġetti ta’ tmin miljun ewro li se jħallu impatt fuq ir-riġenerazzjoni tal-belt.
Owen Bonnici żar ix-xogħlijiet li qed isiru mid-Direttorat tar-Restawr fil-Birgu, li ilu dawn l-aħħar ħames snin impenjat b’xogħol f’din il-lokalitá.
Fi tmiem din il-ġimgħa, fil-wesgħa tas-sur ta’ quddiem, se ssir okkażjoni fejn id-Direttor se jkun qed jispjega l-aħħar fażi tax-xogħol li jinsab għaddej.
Dan jikkonsisti fir-riabilitazzjoni tal-foss, pavimentar taż-żona magħrufa bħala l-Collachio, u fl-installazzjoni ta’ sistema ta’ dawl.
Dawn it-tlett proġetti jammontaw għal tmin miljun Ewro, u qed isiru b’kofinanzjament mill-UE. Se jsir ukoll xogħol ta’ restawr fuq is-swar tal-Isla. Ix-xogħlijiet kollha se jkunu lesti fl-2015.

Ritratt: DOI – Austin Tufigno