Jinsabu 240 għasfur f’dar ta’ raġel fl-Imġarr

Wara li l-ġimgħtejn ilu raġel mill-Imġarr ipprova jdaħħal 400 għasfur protett mill-ajruport, fir-residenza tiegħu nstab li kellu 240 għasfur protett ieħor.
Din il-ġimgħa fid-dar tar-raġel, il-pulizija tal-ALE u l-uffiċjali tal-MEPA sabu 570 għasfur li 240 minnhom kienu protetti.
Fost l-għasafar li l-Imġarri pprova jgħaddi mill-ajruport, kien hemm papri, ajkli, falkuni u fjamingi. L-għasafar kienu ġejjin mill-Arġentina.