Aġġornata: Jinstab imbiċċer u mitluf minn sensih fil-Furjana

Raġel qed isofri ġrieħ sejri wara li nstab mitluf minn sensih b'daqqiet b'arma bil-ponta.
Il-Pulizija kkonfermat ma' Newsbook.com.mt li r-raġel instab fi Triq il-Miratur, il-Furjana u ġiet infurmata bil-każ għall-ħabta tat-8.30pm.
Jidher li r-raġel huwa Tuneżin residenti l-Furjana stess u għandu 31 sena.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga.