Jinqaleb trakk fuq ħajt tas-sejjieħ f’Ħal Luqa

Ħadd ma ndarab wara li nqeleb trakk fuq ħajt tas-sejjieħ f’Ħal Luqa.

L-inċident kien ikkonfermat li sar dalgħodu minn kelliema għall-Pulizija.

Sorsi spjegaw ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq il-Kunsill tal-Ewropa. Fuq il-post issejħu l-Pulizija. Jidher ukoll li nġema’ ħafna traffiku fit-triq kawża tal-inċident.