Jinqelbu żewġ karozzi fil-Marsa u Birkirkara

Arkivji

Matul il-lejl li għadda nqelbu żewġ karozzi f’żewġ każi separati li seħħew fil-Marsa u Birkirkara.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat dan ma’ Newsbook.com.mt fejn spjegat li l-każ tal-Marsa seħħ f’Aldo Moro. Qalet li l-persuni involuti f’dan l-inċident ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Intant, għall-ħabta tas-1.30am seħħ inċident ieħor tat-tip fi Triq Notabile f’Birkirkara. Kawża ta’ dan, is-sewwieq tal-karozza, ta’ 38 minn Ħ’Attard, ittieħed l-Isptar Mater Dei fejn ħareġ li sofra minn ġrieħi ħfief.