Jinqalbu bil-karozza f’Ħaż-Żebbuġ; 2 persuni midruba

Karozza nqalbet f’Ħaż-Żebbuġ ilbieraħ filgħaxija b’konsegwanza li mara ndarbet ħafif filwaqt li raġel indarab gravi. 

Fi stqarrija mill-Pulizija ġie spjegat li l-inċident seħħ fi Triq l-Imdina fl-10pm. Mill-investigazzjoni instab li l-karozza li kienet qed tiġi misjuqa minn mara ta’ 26 sena mis-Siġġiewi għal xi raġuni tilfet il-kontroll, bil-konsegwenza li qabdet il-bankina u nqalbet. 

Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-mara, kif ukoll raġel ta’ 28 sena mis-Siġġiewi u li kien passiġġier fil-vettura, l-Isptar Mater Dei.