Jinqatlu 8 itfal f’attakk quddiem skola primarja fiċ-Ċina

Tmint itfal ġew maqtula barra skola primarja fiċ-Ċina fl-ewwel ġurnata skola wara l-vaganzi tas-sajf. Il-Pulizija qalet li arrestaw raġel ta’ 40 sena li kien fil-post waqt l-attakk fil-provinċja ta’ Hubei fiċ-ċentru taċ-Ċina.

Il-Pulizija ma tatx informazzjoni dwar kif mietu t-tfal u spjegat li l-mottiv tal-aggressur wara dan l-attakk ma kienx ċar.

Fiċ-Ċina matul l-aħħar snin kien hemm diversi attakki li fil-mira tagħhom ikun hemm it-tfal. F’April 2018, disat itfal ġew maqtula huma u sejrin lura d-dar mill-iskola fil-Majjistral taċ-Ċina.
L-Awtoritjiet taċ-Ċina qalu li dawn l-attakki qed isiru minħabba t-tensjoni soċjali li hemm fiċ-Ċina.