Jinqatlu 7 mill-Pulizija f’Rio de Janeiro

Fil-Brażil, minn tal-inqas seba' persuni nqatlu f'konfrontazzjoni mal-Pulizija f'Rio de Janeiro, eżattament f'Rochina Favela lbieraħ. Għadd ieħor ta' nies weġġgħu waqt li l-armata kienet għadha għaddejja bil-ħidma tagħha biex tieħu kontroll fuq is-servizzi tas-sigurtà fil-post.
Skont Pulizija tal-post, l-inċident beda meta ġie attakkat uffiċjal tal-Pulizija li kien qed jagħmel xogħlu. Minkejja dan, għadd ta' persuni li tilfu membri familjari tagħom f'dan l-inċident taw raġunijiet differenti.
Il-Pulizija qalu li marru Rochina jfittxu s-suspettati tal-persuni li qatlu lill-uffiċjal tal-pulizija u sabu numru ta' armi, inkluż splussiv..
Fi Frar li għadda, il-Gvern Brażiljan ordna lill-armata biex tieħu f'idejha s-servizzi tas-sigurtà f'Rio de Janeiro sabiex jipprova jnaqqas il-vjolenza mill-gangs tad-drogi.
Ritratt: Reuters