Jinqatlu 6 persuni fi sparatura fil-Ġermanja

Sitt persuni mietu u oħrajn sfaw midruba fi sparatura li seħħet fil-villaġġ ta’ Rot am See fil-Ġermanja.

Il-Pulizija qalu li raġel ta’ madwar 30 sena ġie arrestat b’rabta ma’ dan l-attakk. Il-pulizija tal-Istat ta’ Baden-Württemberg qalu li l-ewwel indikazzjonijiet juru li kien hemm konnessjoni bejn is-suspettat u l-vittmi. Żiedu li s’issa m’hemmx indikazzjonijiet li juru li kien hemm aktar persuni involuti f’din l-isparatura.

Rapporti qalu li l-vittmi huma kollha membri tal-istess familja, madankollu l-pulizija ma kkonfermawx dan.

L-isparatura seħħet għall-ħabta tas-12.45pm. Rot am See huwa villaġġ żgħir li fih jgħixu madwar 5,000 persuna.