Jinqatlu 26 persuna lajċi fl-2014

Fl-2014 inqatlu 26 persuni lajċi li taw servizz fil-parroċċa, tlieta iktar mill-ammont ta’ lajċi li nqatlu fl-2013.
Għas-sitt sena konsekuttiva, il-post li kien l-iktar affettwat kien l-Istati Uniti.
Fl-aħħar għaxar snin inqatlu total ta’ 230 persuna lajċi, fosthom tliet isqfijiet.
Uħud minn dawn inqatlu minn persuni li kienu għinuhom, oħrajn minn persuni li talbu l-għajnuna u oħrajn waqt serqa. Minkejja dan, ir-raġuni għalfejn każi ta’ attakki vjolenti u ħtif intemmew b’mod traġiku jibqgħu misteru.
Għad hemm ukoll ħafna dubji dwar id-destin ta’ persuni lajċi li nħatfu jew sparixxew li dwarhom baqa’ ma kienx hemm aħbar. Fosthom hemm tliet qassisin Agostinjani li kienu nħatfu f’Kongo f’Ottubru tal-2012.