​Jinqatlu 2 persuni quddiem bank fl-Iżvizzera

Żewġ persuni nqatlu quddiem bank f’Zurich, Belt fl-Iżvizzera.
Skont il-BBC, l-inċident seħħ għall-ħabta tas-2:30pm u li issa s-sitwazzjoni tinsab taħt kontroll. Il-Pulizija qalet li ma kienx hemm aktar periklu għall-pubbliku.
Il-Pulizija qalet li l-ħaddiema tas-salvataġġ sabu liż-żewġ vittmi barra l-bank. Wieħed minnhom kien diġà mejjet u l-ieħor li kellu ġrieħi gravi miet ftit tal-ħin wara.
Persuni fuq il-post li raw l-inċident iseħħ qalu li semgħu madwar ħames sparaturi.
Skont il-BBC, għadu mhux magħruf għalfejn seħħ l-inċident jew min huma l-vittmi.
Skont rapporti mhux konfermati, raġel armat beda jispara qabel ma fetaħ in-nar fuqu nnifsu.
Il-BBC qalet li għalkemm ir-rata tal-kriminalità fl-Iżvizzera hija pjuttost baxxa, hemm aċċess faċli għall-armi tan-nar. Allura, sparaturi ta’ dan it-tip mhumiex daqstant rari.