L-iljun li ġralu bħal missieru Cecil

Sentejn wara li l-iljun Cecil inqatel minn dentist, inqatel ibnu.
Xanda li kellu sitt snin inqatel b’tir minn kaċċatur f’Hwange National Park fin-naħa ta’ fuq ta’ Zimbabwe.
Xanda ġie ddentifikat mill-kullar elettroniku mir-riċerkaturi tal-Università Oxford.
Korrispondent tal-BBC qal li bil-liġi Xanda seta’ jinqatel għax wieħed jista’ jispara fuq iljuni minn sitt snin ’il fuq. Spjega li diversi nies iħallsu għexieren ta’ eluf biex jisparaw fuq l-iljuni.
Madankollu mhux magħruf kemm ħallsu biex jisparaw u joqtlu lil Xanda. Qed jiġi rrapportat li kaċċatur professjonali rrapporta l-mewta tal-iljun u rritorna l-kullar tiegħu.