Jinqatel wieħed mill-mexxejja tal-Istat Iżlamiku

Wieħed mid-deputati mexxejja ta’ Abu Bakr-al-Baghdadi, il-mexxej tal-Istat Iżlamiku, inqatel waqt attakk mill-ajru tal-qawwiet Iraqini fil-belt ta’ Bharwana, fl-Iraq stess. 
Skont is-CNN, Assi Ali Mohammed Nasser al-Obeidi, qabel ma sar wieħed mill-mexxejja tal-Istat Iżlamiku, kien kmandant tas-suldati ta’ Saddam Hussein. 
Nasser al-Obeidi kien it-tieni deputat mexxej tal-Istat Iżlamiku.