Aġġornata (2): Jinqatel wara li attakka suldati fi Brussell

Raġel inqatel wara li attakka xi suldati fi Brussell.
Rapporti internazzjonali qed jirrapportaw li r-raġel aktarx huwa Somalu u li għandu madwar 30 sena.
Huwa nqatel b’żewġ tiri wara li nstema’ jgħajjat “Allah hu Akbar”.
L-attakk li fih indarbu ħafif  żewġ suldati seħħ għal xi 8pm.
Huwa pprova jattakkahom b'sikkina.
Dan l-attakk qed jitqies bħala wieħed terroristiku.