Jinqatel raġel b’dixxendenza Maltija fl-Ingilterra; 2 arrestati

Facebook

Raġel ta’ 47 sena ta’ dixxendenza Maltija nqatel it-Tlieta waranofsinhar huwa u sejjer lura lejn id-dar tiegħu fi Bramley fl-Ingliterra. Skont il-gazzetta Yorkshire r-raġel huwa St John Lewis u kien għadu kemm għalaq sninu l-Ħadd li għadda. Jidher li missieru kien għadu kemm kellmu dakinhar biex jawguralu għall-għeluq sninu. Alfie Lewis missier il-vittma qal mal-gazzetta Yorkshire li ibnu kien ġentlom u lanqas kien iweġġa’ dubbiena. Huwa qal li kien iħobb ħafna lil ibnu.

Skont il-gazzetta Yorkshire l-ambulanza kkuntatjaw lill-pulizija ftit wara t-3.00pm, it-Tlieta li għadda, wara li rċevew rapport li raġel kien jinsab ferut f’ Broadlea Terrace. L-ambulanza tal-ajru tat l-ewwel għajnuna lill-vittma kif ukoll rċieva trattament ta’ emerġenza. Sfortunatament huwa ġie ddikjarat mejjet ftit tal-ħin wara. Intant raġel ta’ 48 sena u mara ta’ 45 sema qed jinżammu arrestati b’konnessjoni ma’ dan il-każ.