Jinqatel politiku fil-Ġermanja; sparawlu għal rasu

Polizei.de

Investigaturi Ġermaniżi qalu li politiku reġjonali popolari fil-Ġermanja nqatel minn tir sparat lejn rasu mill-qrib.

Skont il-BBC, l-investigaturi fetħu inkjesta kriminali fil-qtil tal-kap tal-kunsill reġjonali tal-belt ta’ Kassel Walter Lübcke. Huwa kellu 65 sena.

Il-pulizija għadha ma tafx għalfejn inqatel però ġie eskluż li l-politiku kkommetta suwiċidju.

Il-mexxej tal-istat ta’ Hesse, Volker Bouffier, qal li jinsabu xxukkjati bil-mewt tal-ħabib tagħhom.

Il-ġisem ta’ Lübcke nstab il-Ħadd filgħodu għan 12.30 am fuq it-tarazzin tad-dar tiegħu fil-villaġġ ta’ Istha, skont il-Pulizija. Ġie ċċertifikat mejjet sagħtejn wara. Huwa ħalla warajh mara u żewġt itfal kbar.