Jinqatel Kelvin Maynard l-eks plejer ta’ Burton Albion

L-eks plejer ta’ Burton Albion Kelvin Maynard spiċċa fil-mira ta’ żewġ irġiel li kienu għaddejjin fuq mutur ġewwa Amsterdam. L-irġiel sparaf fuqu sakemm qatluh.

Il-pulizija tal-lokal ikkonfermat li Maynard li kellu 32 sena kien qed isuq il-karozza tiegħu fir-reġjun ta’ Langbroekdreef meta seħħ l-attakk. Skont De Telegraaf l-eks difensur ipprova jaħrab lill-agressuri billi saq lejn pompa tat-tifi tan-nar. Madankollu l-vettura baqgħat dieħla fil-faċċata tal-bini u ma setax jinqala mill-ħajt.Il-pulizija appellaw għax-xhieda. Huma qed ifittxu żewġ persuni li hu maħsub li ħarbu fuq skuter iswed. Maynard attwalment kien qed jilgħab għall-klabb Olandiż Alphnese Boys.