Jinqatel Ingliż wara li waqgħet siġra fuq il-karozza tiegħu

A man photographs large waves caused by Storm Ciara as they hit the the seafront and wall in Newhaven, Britain February 9, 2020. REUTERS/Toby Melville

Raġel ta’ 58 sena miet wara li siġra waqgħet fuq il-karozza tiegħu f’Hampshire waqt il-maltempata qalilha li ħakmet lill-Ingilterra fi tmiem din il-ġimgħa. Il-Pulizija qalet li r-raġel minn Micheldever kien qed isuq f’awtostrada meta seħħ l-inċident ilbieraħ għall-ħabta tal-4pm. Hu miet fuq il-post.

Din l-aħbar ħarġet hekk kif ir-Renju Unit qed jipprova jirkupra mill-effetti li ħalliet fuqu din il-maltempata li ġabet ħafna għargħar u rwiefen.

Numru ta’ ferroviji, titjiriet u sewwieqa affaċċjaw problemi minħabba d-diversi twissijiet li għadhom fis-seħħ.

Partijiet kbar mir-Renju Unit għandhom fis-seħħ “yellow weather warnings” dwar borra, silġ u riħ.