Jinqatel il-parrukkier ta’ Ronaldo

Skont rapporti tal-midja internazzjonali l-parrukkier ta’ Cristiano Ronaldo nstab mejjet f’lukand fl-Isvizzera. Huwa nqatel permezz ta’ daqqiet b’arma taqta’.

Il-ġisem tal-mejjet, li jidher li hu ta’ Ricardo Marques Ferreira, instab minn waħda mis-sefturi ta’ lukanda f’Albisrieden ġewwa Zurich.

It-tabloid Portugiża Correio da Manha assoċjat lill-parrukkier mal-eks stilla ta’ Real Madrid u Manchester United, billi ddiskrevietu bħala l-parrukkier ta’ Cristiano Ronaldo. L-istilista tax-xagħar li kien jgħix f’Madeira bħal Cristiano kien tella’ ritratt fuq il-midja soċjali fejn kien juri lilu jipprepara xagħar Ronaldo qabel il-photoshoot ta’ Settembru tal-2015.

Il-katavru nstab nhar il-Ġimgħa. Il-pulizija s’issa arrestat raġel ta’ 39 sena mill-Brażil. Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan il-qtil.