Jinqatel id-deputat mexxej tal-ISIS

L-aġenzija tas-sigurtà Iraqqina ħabbret li d-deputat mexxej tal-ISIS inqatel f’attakk mill-ajru.
Ayad al-Jumaili qed jiġi rappurtat li nqatel nhar il-Ġimgħa flimkien ma’ kmandanti oħra tal-grupp terroristiku fir-reġjun ta’ al-Qaim viċin il-fruntiera mas-Sirja.
Il-forzi Iraqqini u bl-għajnuna tal-forzi Amerikani qed jaħdmu flimkien biex jerġgħu jieħdu taħt idejhom il-belt ta’ Mosul.
Jumaili, li serva bħala uffiċjal tal-intelliġenza għal Saddam Hussein, kien imexxi l-aġenzija sigrieta fl-Iraq u s-Sirja magħrufa bħala Amniya.