Jinqatel ġurnalist fin-Nikaragwa waqt li kien live fuq Facebook

Ġurnalist li kien qed jieħu filmat live għal Facebook waqt protesti kontra l-Gvern fin-Nikaragwa, inqatel b’tir.
Ángel Gahona kien qed jirrapporta f’filmat live dwar ħsarat f’bank fil-villaġġ mal-kosta tal-Karabew, Bluefields meta laqtitu bullet.
Il-filmat juri lill-ġurnalist jaqa’ mal-art u jibda jiżvina.
Aktar minn 10 persuni nqatlu fil-jiem ta’ protesti kontra tibdiliet fil-pensjonijiet li ġew approvati mill-Presdient Daniel Ortega nhar l-Erbgħa li għadda.
It-tibdil żied il-kontribuzzjonijiet tal-ħaddiema u min iħaddem għall-penzjonijiet, u tnaqqsu l-benefiċċji b’5%.