Jinqatel għasfur protett f’Delimara

Voluntiera tal-Kumitat Kontra l-Qtil tal-Għasar (CABS) sabu Rudun mejjet, qrib il-Park Naturali Xrobb l-Għaġin f’Delimara.
L-għasfur li huwa protett ittieħed għand veterinarju, fejn ġie kkonfermat li l-għasfur inqatel bi sparatura.


CABS qed tappella lill-Prim Ministru jżomm mat-tolleranza zero u jagħlaq l-istaġun tal-kaċċa.
Il-Ħadd li għadda kaċċatur nqabad mill-CABS jispara tiri lejn għasfur protett viċin is-Salib tal-Għolja fis-Siġġiewi.