Jinqata’ d-dawl f’xi lokalitajiet

Aġġornat 08:55 PM

Read in English.

Xi lokalitajiet inqatgħetilhom il-provvista tal-elettriku llejla.

Dawn jinkludu xi partijiet mis-Siġġiewi, Ħal Farruġ u l-Imqabba.

Kelliem għall-Enemalta kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li hemm ħsara u għaddejja t-tiswija, li mistennija tieħu bejn siegħa u sagħtejn.

Id-dawl inqata’ għall-ħabta tat-8.30pm, u sad-8.50pm, kien diġà ġie lura f’xi naħat tas-Siġġiewi.