​Jinqaleb vann f’Ħal Balzan

Vann inqaleb fi Triq l-Imdina Ħal Balzan għall-ħabta tat-3:30pm iżda b’xorti tajba ma weġġa’ ħadd.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-vann misjuq minn raġel ta’ 30 sena residenti Ħal Tarxien ħabar ma’ karozza misjuqa minn raġel ta’ 69 sena residenti Raħal Ġdid.
Il-Pulizija li waslu fuq il-post irnexxielhom jaqilbu l-vann għal fuq ir-roti tiegħu.