Ritratti: Jinqaleb trakk f’Tal-Pietà; persuna maqbuda

Miguela Xuereb

Read in English.

Inqaleb trakk f’Tal-Pietà bil-konsegwenza li raġel inqabad ġewwa.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliema għall-Pulizija li spjegat li l-każ seħħ fit-3.05pm fi Triq K Mifsud. Din hija l-istess triq tal-Kunsill Lokali.

Fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili sabiex jassisstu. Ir-raġel li għandu 64 sena u joqgħod Ħaż-Żebbuġ ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza. Hu weġġa’ ħafif.