Jinqaleb trailer fil-Marsa

Aġġornat 08:20 PM

Illum waranofsinhar inqaleb trailer fil-Marsa. Dan ikkonfermah ma’ Newsbook.com.mt kelliem għall-Pulizija li spjega li l-inċident seħħ viċin Triq it-Tiġrija, qrib il-Police Mounted Section.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30pm u fuq il-post issejħu l-Pulizija u l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili. Jidher li fit-triq ħareġ xi żejt. Minħabba dan, parti mit-triq tinsab magħluqa għall-Pubbliku.

It-trailer kien qed jinstaq minn raġel ta’ 43 sena residenti l-Gżira. Is-sewwieq tilef il-kontroll tat-trailer bil-konsegwenza li nqaleb fuq ċint.

Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza fejn irriżulta li sofra minn ġrieħi ħfief.