Aġġornata: Jinqaleb krejn u jikkawża ħsarat f’xi residenzi

Kmieni llum waranofsinhar krejn inqaleb fi Triq is-Sikka f’Baħar iċ-Ċagħaq u kkawża ħsarat f’soqfa ta’ residenzi li jinsab fi-viċin.
Minkejja dan, ħadd ma weġġa’ f’dan l-inċident.
Jidher li l-krejn inqaleb għall-ħabta tas-1:15pm meta sfrondat biċċa art li fuqha kienet qed iżomm waħda mill-istabilizers.
Fuq il-post kellhom jissejħu ħaddiema tal-Protezzjoni ċivili minħabba li ħarġu xi żjut.

Ritratt: Leon Xuereb