Jinqaleb krejn f’Ħal Qormi; Ħadd ma jweġġa’

CMRU

Ħadd ma weġġa’ meta nqaleb krejn f’Ħal Qormi dalgħodu.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:45 am fi Triq il-Mitħna. Il-Pulizija ma kellhiex aktar informazzjoni dwar l-inċident sal-ħin tal-pubblikazzjoni tal-artiklu.