Jinqaleb bil-vann fi Triq Diċembru 13

Vann inqaleb f’inċident tat-traffiku li seħħ fi Triq Diċembru 13, taħt il-Blata l-Bajda fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta, għall-ħabta ta’ 3.30 ta’ wara nofsinhar.
B’xorti tajba ħadd ma weġġa' f’dan l-inċident u ma kienx hemm vetturi oħra involuti.
Mhux magħruf x’wassal biex is-sewwieq tal-vann tilef il-kontroll bil-konsegwenza li l-vann spiċċa biex inqaleb.
Fuq il-post issejħet l-assistenza tal-Pulizija.