Jinqaleb bil-mutur; Iweġġa’ gravi

Raġel ta’ 29 sena li kien qed isuq mutur weġġa’ gravi meta nqaleb bih f’San Ġwann.

Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li ġiet infurmata bl-inċident li seħħ fi Vjal ir-Riħan għall-ħabta tal-11 am. Għal xi raġuni, ir-raġel li joqgħod Ħal Qormi tilef il-kontroll tal-mutur. Ir-raġel ittieħed l-isptar Mater Dei b’ambulanza.