Jinqaleb bil-karozza u jispiċċa l-isptar

Żagħżugħ ta’ 25 sena weġġa’ f’inċident tat-traffiku fil-Marsa.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-2pm fi Triq Aldo Moro.
Il-ħabta seħħet bejn il-karozza taż-żagħżugħ, Ingliż residenti Ħal Balzan u karozza misjuqa minn mara ta’ 45 sena mill-Kalkara.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.
Il-kundizzjoni tiegħu għadha mhix magħrufa.