Jinqaleb bil-karozza u jidħol f’arblu tad-dawl fil-Gżira

Raġel baqa’ dieħel f’arblu tad-dawl hekk kif kien qed isuq fi Triq Reggie Miller fil-Gżira. Il-każ seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9pm.

Kelliem tal-Pulizija qal li l-vettura li kien qed isuq inqalbet għal ġenb tat-triq fuq arblu tad-dawl iżda r-raġel li għandu 39 sena mill-Imsida ma ġarrabx ġrieħi. Qal li l-Pulizija intervjenew fil-każ biex jassiguraw li ma hemmx periklu minħabba l-wijers tad-dawl.

Bil-każ ġew infurmati l-uffiċjali tal-Enemalta biex jiżguraw li ma hemmx periklu.