Jinqaleb bil-karozza; iweġġa’ gravi

Raġel weġġa’ gravi wara li nqaleb bil-karozza tiegħu fil-Marsa l-lejl li għadda.
Kelliem għall-Pulizija qal ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fi Triq Aldo Moro fin-nofsiegħa.
Ir-raġel ta’ 56 sena residenti l-Imsida, għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-karozza u nqaleb. Miegħu kien hemm mara ta’ 54 sena residenti l-Imsida.
Fuq il-post issejjħu membri mill-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħadu liż-żewġ persuni l-isptar.
Il-mara sofriet minn ġrieħi ħfief.