Jinqaleb bil-karozza fi Triq Reġjonali

Żagħżugħ inqaleb bil-karozza kmieni dalgħodu waqt li kien għaddej minn Triq Reġjonali.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn kelliem għall-Pulizija li spjega li l-każ seħħ fid-direzzjoni lejn il-Belt Valletta għall-ħabta tas-2am. Il-Pulizija marru fuq il-post sabiex jassistu fil-każ, kif ukoll id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Fuq il-post, sabu li ż-żagħżugħ ta’ 20 sena mill-Fgura u l-passiġġier li kien hemm miegħu ta’ 18-il sena, mill-Fgura wkoll, kien irnexxielhom joħorġu mill-karozza. Il-karozza inqelbet b’tali mod li ġiet fuq is-saqaf. Huma ma sofrew l-ebda ġrieħi.

Il-karozza ġiet irmunkata filwaqt li l-ħaddiema tal-Protezzjoni Ċivili naddfu t-triq miż-żjut sabiex jiġi evitat kull tip ta’ periklu għal vetturi oħrajn.