​Jinqalbu żewġ vetturi, żewġ persuni l-isptar

Mara ġarrbet ġrieħi ħfief wara li nqalbet il-karozza li kienet qed issuq.
L-inċident seħħ għal ħabta tas-siegħa neqsin kwart fi Triq Żabbar f'Raħal Ġdid. Qabel ma nqalbet, is-sewwieqa tal-karozza daħlet f’karozza pparkjata.
Il-mara ttieħdet l-isptar b’ambulanza biex tingħata l-kura meħtieġa.
Sadanittant traffiku kbir inġema’ fit-Triq il-Mosta f’Ħal Lija wara li nqaleb vann fil-karreġġjata li min-Naxxar tieħu għal Ħal Lija. Ambulanza waslet immedjatament fuq il-post, u ħadet lil raġel l-Isptar Mater Dei. Ir-raġel mhux fil-periklu li jitlef ħajtu. 
Ritratt: Maltese Roads Traffic Updates