Jinqala’ xogħol fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla

Minn ritratti li qed jiċċirkolaw fuq l-internet jirriżulta li xogħlijiet fi Triq ix-Xatt ta’ Bormla, parti mix-xogħlijiet relatati mal-proġett tal-Baċir Numru Wieħed, kellhu jerġa jinqala’.

Din ma kinitx l-ewwel okkażjoni fejn it-triq kellha terġa ssir mill-ġdid matul dawn l-aħħar xhur.

Kellhom jiġu rranġati cables tal-Enemalta u storm water culverts fost l-oħrajn.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li l-ħaddiema tal-Gvern u Transport Malta qed iwettqu superviżjoni tax-xogħol li qiegħed isir mill-kuntratturi. 

Fil-ġranet li għaddew, il-Ministeru għat-Trasport u l-Infrastruttura kien ikkonferma ma’ Newsbook.com.mt li ix-xogħlijiet li jinsabu għaddejjin fuq it-triq ix-Xatt ta’ Bormla se jkunu lesti sal-aħħar ta’ Settembru li ġej.  

 

Ritratt: Malta Diżastru Totali