Jinqabżu l-200,000 swab test f’Malta – Fearne

swabbing center

Il-Ministru għas-Saħħa Chris Fearne qal li llum inqabżet il-marka tal-200,000 swab test minn meta beda jsir l-ittestjar għall-coronavirus fil-pajjiż.

L-ewwel każ f’Malta feġġ fil-bidu ta’ Marzu li għadda, minn hemm il-pajjiż ra s-sejba ta’ 1,984 każ pożittiv tal-coronavirus u l-fejqan ta’ 1,565 persuna.

Il-Ministru Fearne qal li t-total ta’ swabs li saru s’issa huma ekwivalenti għal 40% tal-popolazzjoni residenti fil-pajjiż.

Dan ma jfissirx li iżda, 40% tar-residenti f’Malta għaddew minn swab test hekk kif għexieren ta’ persuni għamlu aktar minn swab test wieħed fl-aħħar xhur, fost fatturi oħrajn.

X’sar magħruf waqt il-konferenza tal-bieraħ?

  • 19-il każ ġdid u 37 persuna fiequ
  • Persuna waħda fl-ITU
  • It-total ta’ Swab Tests jinkludi dawk li jsiru fuq l-immigranti, kuntrarju għall-każijiet attivi fejn ma jiġux inklużi
  • L-iskejjel jew klassijiet jingħalqu skont iċ-ċirkostanza
  • Il-każijiet ta’ studenti u għalliema vulnerabbli jiġu studjat każ b’każ