Jinqabdu żewġ persuni mfittxija mill-Pulizija

Il-Pulizija qabdet żewġ persuni oħra li ilhom jiem imfittxija.

Membri mit-Taqsima tar-Rapid Intervention qabdu lill-irġiel fil-Pietà wara li kienu fuq ronda u rċievew telefonata ta’ għajnuna mingħand pulizija oħra.

Il-Pulizija ma tawx aktar dettalji dwar l-individwi.

Ilbieraħ fil-Qawra, il-Pulizija arrestaw ukoll raġel li kien imfittex u biex jaħrab, qabeż il-baħar mill-Qawra u għam sas-Salini u nħeba man-naħa ta’ Triq il-Kosta.

Ritratt: Media Police