8 immigranti maħrubin mill-Marokk jinstabu fuq vapur fil-Port il-Ħieles

Aġġornat 11:28 AM
Birzebbuga Freeport
Miguela Xuereb

Read in English.

Tmien immigranti nstabu fuq vapur fil-Port il-Ħieles dalgħodu.

Kelliem għall-Pulizija kkonferma ma’ Newsbook.com.mt li daħal rapport dwar dan fid-9am mingħand membri tal-ekwipaġġ tal-vapur li sabu lil xi immigranti abbord.

Il-vapur telaq minn Casablanca fil-Marokk, għadda minn Spanja u wasal Malta. Jidher li l-immigranti telgħu f’xi kontenituri meta l-vapur kien għadu Casablanca stess.

Huma għadhom ma niżlux mill-vapur f’Malta, iżda uffiċjali tal-pulizija jinsabu fuq il-post biex jaraw kif se tiżviluppa s-sitwazzjoni.