Jinqabdu mid-Dwana bi €28,000

L-uffiċjali tad-Dwana ta’ kontra il-ħasil tal-flus qabdu €28,000 mhux iddikjarati f’żewġ każi separati. Dawn is-sejbiet seħħew bejn ilbieraħ flagħxija u dalgħodu kmieni.

L-ewwel passiġġier, li kien ġej mill-lvant Nofsani, sabuh qed iġorr €17,520 f’diversi pakketti moħbijin fil-ħjata tal-bagalja. It-tieni passiġġier, li kien sejjer lejn l-Lvant Nofsani dalgħodu, instab qed iġorr €10,420.

Id-Dipartiment tad-Dwana ikkonkluda l-istqarrija billi qal li dawn huma żewġ eżempji tax-xogħol li qed isir mit-tim ta’ kontra l-ħasil tal-flus fi ħdan id-dipartiment.