Uffiċjali tad-Dwana qabdu madwar 40,000 sigarett u tliet kilogrammi ta’ tabakk tax-xixa tal-kuntrabandu f’ħanut tax-xorb fl-Imsida.
Fi stqarrija, id-Dipartiment tad-Dwana qal li l-ġimgħa li għaddiet instabu:
· 32,760 sigarett tal-marka Business Royals
· 4,200 sigarett tal-marka Pall Mall
· 3,200 sigarett tal-marka American Legend
· 1,560 sigarett tal-marka Richman
· 600 sigarett tal-marka American Gold Eagle
· 120 sigarett tal-marka Three Stars Light
Skont l-istess dipartiment, sid il-ħanut ingħata f’idejn il-Pulizija u huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin.
Id-Dipartiment tad-Dwana saħaq li l-kuntrabandu huwa reat kriminali serju ħafna li, f’każ ta’ ħtija quddiem il-Qorti, iġorr miegħu konsegwenzi ħorox.
Id-Dipartiment temm jgħid li jappella għall-għajnuna tal-pubbliku b’mod anonimu permezz ta’ telefonata fuq 2568 5124 jew 2568 5200.
Ritratt: Arkivji