Jinqabdu l-klieb li attakkaw lill-qtates fil-Għargħur

Facebook

Il-klieb li kienu qegħdin jattakkaw lill-qtates fil-Għargħur inqabdu mit-tim tal-Animal Welfare.

Il-paġna Għargħur Stray Cats Support Team ħabbret illi rċivew telefonata mis-Segretarju tal-Prim Ministru lbieraħ biex tinfurmahom b’dan.

Il-klieb ma kinux qed jagħmlu biss għall-qtates fil-Għargħur, imma anke f’lokalitajiet oħra. Il-ġimgħa li għaddiet, residenti tal-Għargħur sabu lil xi qtates li s-soltu jieħdu ħsieb jitimgħuhom huma mejtin, u assumew li dawn inqatlu mill-klieb li jħufu f’din iż-żona.

Huma rringrazzjaw lill-Prim Ministru Robert Abela, lill-Ministru Anton Refalo u lill-Pulizija ta’ ħidmiethom.

Animal Guardians Malta wkoll irringrazzjat lill-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Animal Welfare fil-Marsa, li jitmexxa min Dr Dennis Montebello, tal-investigazzjonijiet li wettqu u talli permezz tagħhom, inqabdu dawn il-klieb.

Huma appellaw lill-awtoritajiet biex jieħdu ħsieb dawn il-klieb, peress li mhuwiex it-tort tagħhom, imma hi r-responsabbiltà ta’ sidhom. Appellaw ukoll lill-pubbliku biex jekk ikun hemm gruppi ta’ klieb simili, li jagħmlu ħerba f’żoni oħrajn billi joqtlu l-annimali, jirrappurtawhom billi jibagħtu email lil animalguardiansmalta@gmail.com.

Matul dan il-lejl grupp ta' erba' tiklieb (kannella skur, fox terrier u tnejn tal-kaċċa) kienu qed iduru mat-toroq…

Posted by Gharghur Stray Cats Support Team on Friday, April 24, 2020