Jinqabdu jkissru siġar tal-Milied; 2 arrestati

Read in English.

Żewġ żgħażagħ Franċiżi ta’ 19 u 21 sena ġew arrestati wara li nqabdu jkissru dekorazzjonijiet tal-Milied f’San Ġiljan.

Il-każ seħħ għall-ħabta tas-00:45am fi Triq Ġorġ Borġ Olivier. B’kollox ġew ivvandalizzati erba’ siġar tal-Milied, bil-ħsarat li saru jammontaw għal ammont konsiderevoli ta’ flus għad-dannu tal-Kunsill Lokali.

Huma mistennija jitressqu l-Qorti għada t-Tlieta 24 ta’ Diċembru 2019.