Jinqabdu jġorru €23,000 mhux iddikjarati

Customs

Waqt spezzjoni bil-klieb mid-Dipartiment tad-Dwana fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta nqabdu żewġ passiġġieri li kienu qed iġorru ammont sostanzjali ta’ flus mhux iddikjarati.

Waqt l-ispezzjoni l-passiġġieri, li kienu sejrin lejn Istanbul, kienu mistoqsija kemm kienu qed iġorru flus. Wieħed mill-passiġġieri qal li kien qed iġorr madwar €11,000, filwaqt li l-passiġġier l-ieħor qal li ma kienx qed iġorr iktar minn €10,000.

Hekk kif l-Uffiċjali ċċekkjaw kemm kienu qed iġorru nstabu li kienu qed iġorru €11,875 u €11,340 rispettivament.

Iż-żewġ passiġġieri ngħataw multa u kellhom iħallsu d-differenza, hekk kif il-liġi ma tippermettix li wieħed jivjaġġa b’iktar minn €10,000 fi flus kontanti.