Jinqabdu bil-kokaina u l-kannabis lesti għall-bejgħ; 2 irġiel arrestati

Żewġ irġiel ġew arrestati għax inqabdu bi droga kokaina u kannabis, lesta b’tali mod li dehret li se tinbiegħ, f’Għawdex.

Fil-lejl ta’ bejn il-Ħamis u l-Ġimgħa, il-Pulizija tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga rnexxielhom jarrestaw 2 irġiel wara ġimgħa ħidma. Huma sabulhom 80 gramma kokaina ppakkjata ġo boroż tal-plastik, ammont żgħir ta’ werqa tal-kannabis, pjanta tal-kannabis, żerriegħa tal-kannabis, u oġġetti li jintużaw biex tinbiegħ din id-droga, fosthom miżien elettroniku.

L-irġiel huma Bulgaru ta’ 20 sena li joqgħod Marsalforn, u Ingliż ta’ 41 sena li joqgħod iż-Żebbuġ, Għawdex.

L-irġiel huma mistennija jitressqu fil-Qorti t’Għawdex dalgħodu.