Jinqabdu bid-droga lesta għat-traffikar; 2 miżmuma l-ħabs

Arkivji

Erba’ persuni ġew arrestati wara li nstabu fil-pussess ta’ ammont sostanzjali tad-droga suspettata kokaina u Eroina.

Fi stqarrija l-Pulizija qalet li l-Ħamis bil-lejl l-Iskwadra ta’ kontra d-Droga arrestat mara ta’ 38 sena residenti Ħal Luqa, żewġt irġiel ta’ 27 u 30 sena residenti Bormla u raġel Ingliż ta’ 45 sena residenti Ħal Luqa, b’konnessjoni ma’ sejba ta’ ammont sustanzjali tad-droga suspettata kokaina u Eroina li kienet imqassma f’pakketti lesta għat-traffikar.

Wara aktar investigazzjonijiet mill-Pulizija, il-mara u r-raġel Ingliż tressqu b’arrest illum quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Dr. A. Buġeja akkużati bit-traffikar u l-pussess aggravat tad-droga imsemmija u qed jinżammu arrestati fil-Faċilita’ Korrettiva ta’ Kordin.

Iż-żewġt irġiel l-oħra ser jitressqu l-Qorti fil-jiem li ġejjin akkużati b’pussess sempliċi tad-droga kokaina u Eroina.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ritratt: Arkivji