Jinqabdu bid-droga f’Għawdex

Żewġ persuni ġew arrestati wara li nqabdu bid-droga f’żewġ appartamenti f’Għawdex.
Waqt tfittxija li saret mill-Pulizija f’żewġ appartamenti f’Għajnsielem, il-persuni ta’ nazzjonalità Ingliża ta’ 55 u 57 sena nstabu fil-pussess ta’ 5 pjanti suspettati kannabis u boroż b’sustanza suspettata droga ħaxixa tal-kannabis.
Iż-żewġ persuni qed jinżammu mill-Pulizija sabiex jgħinu fl-investigazzjoni.
Ritratt: Arkivji