Filmat: Jinqabdu b’aktar minn €3 miljun ħaxixa, “aktarx lejn Malta”

[youtube https://www.youtube.com/watch?v=RpgqwLv0ME0]

Il-Pulizija f’Ragusa, Sqallija, qabdu żewġt irġiel li aktarx kienu se jġibu Malta magħhom mat-330kg ħaxixa, b’valur ta’ madwar €3.3m, jiġifieri €10 kull gramma.
Massimo Battaglia ta' 39 sena u Carmelo Incardona ta' 52 twaqqfu mill-Pulizija l-lejl li għadda, wara li ġiehom suspett li t-trailer li kienu qed isuqu kien qed iġorr merċa differenti minn dak li kien iddikjarat għalih.
Intqal li kemm is-sewwieq kif ukoll il-passiġġier m’offrewx id-dokumentazzjoni neċessarja meta ntalbu mill-uffiċjali, u meta ġew intervistati qalu storja simili, iżda b’xi dettalji differenti.
Hawnhekk il-Pulizija Kalabriża ddeċidiet li tispezzjona t-trailer, u wara għadd ta’ kaxex battala nstabet moħba li fiha kien hemm id-droga.
Skont rapporti minn siti Taljani, il-Pulizija ssuspettaw l-aktar meta fi trailer li sippost kien qed iġorr il-laħam sabu xi tidlik ta’ prodott li jintuża għax-xogħol tal-id fuq injama.
L-injama kienet l-għatu għall-moħba, li l-Pulizija faqgħu b’sieq ta’ majjal iffriżata.
Allegatament instabu għexieren ta’ pakketti bil-ħaxixa, u r-rapporti qed jgħidu li kważi t-trailer kollu kien mimli bil-ħaxixa.
Sadanittant, id-dar ta’ Battaglia nstab senter lest biex jintuża, li allegatament insteraq.
Iż-żewġ arrestati sa issa ma jridux jitkellmu.