Jinqabdu aktar minn 7 miljun sigarett tal-kuntrabandu fil-Port Ħieles

Customs

Ġie interċettat kontejner mimli b’ 7.73 miljun sigarett tal-kuntrabandu kontrafatti fil-Port Ħieles skont id-Dipartiment tad-Dwana.

Fi stqarrija, id-Dwana qalet li nstab li s-sigaretti huma kollha kontrafatti wara li rappreżentanti legali f’Malta ta’ kumpanija li hija propjetarja ta’ diversi marki reġistrati kkonfermaw l-illegalità ta’ din il-konsenja. Ikkonfermaw ukoll li tali importazzjoni tikkontravjeni id-dritt tal-propjetà intellettwali.

Skont id-Dwana, il-kontejner oriġina mill-Port ta’ Rotterdam, fin-Netherlands, u kien fi triqtu lejn it-Tuneżija.