Aġġornata: Sitt xhur ħabs u multa wara li nqabad b’24,000 sigarett tal-kuntrabandu

Raġel mil-Latvja weħel sitt xhur ħabs u multa ta' ftit iktar minn €13,000 wara li lbieraħ inqabad fl-Ajruport Internazzjonali ta' Malta b'120 pakkett sigaretti mhux iddikjarati mad-Dwana.
Il-Pulizija b'kollox ikkonfiskat 24,000 sigarett tal-kuntrabandu li nġarrew fuq titjira minn Istanbul fit-Turkija.
Din kienet ir-riżultat tal-ħidma tad-Dwana ta’ Malta fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta li rnexxielha tabqad 120 pakkett sigaretti tal-kuntrabadnu, u li fuqhom ma tħallsitx madwar €5,000 f’taxxa.
Id-Dwana qalet li dawn is-sigaretti kienu qed jiddaħħlu minn Latvjan li għadda mis-sezzjoni tal-passiġġieri li ma għandhom xejn x’jiddikjaraw fl-ajruport ta’ Malta.
Il-Latvjan tressaq il-Qorti kmieni wara nofsinhar, u quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, l-imputat ammetta l-akkużi miġjuba kontrieh.